Saturday, April 20, 2024

L-imwiet globali kaġun tal-COVID-19 jilħqu l-5 miljuni

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-Ġimgħa, in-numru ta’ mwiet globali kaġun tal-pandemija COVID-19 qabżu l-5 miljuni. Dan hekk kif il-varjant tad-Delta vajrus għolla rasu f’numru ta’ pajjiżi madwar id-dinja.

L-iktar pajjiżi li rreġistraw imwiet u għalhekk jammontaw għall-maġġoranza tal-imwiet globali huma; l-Istati Uniti, il-Brażil, il-Messiku, l-Indja, u r-Russja. Id-Delta vajrus kixef dak li ħafna kienu jinjoraw qabel ma’ faqqgħet il-COVID-19, id-disparitajiet bejn is-sinjur u l-fqir.

Matul il-ġimgħa li għaddiet kienu rrapportati medja ta’ 8,000 fatalità kuljum madwar id-dinja.

Sport