Friday, December 27, 2024

Roy Hodgson jittieħed l-isptar

Aqra wkoll

Crystal Palace ħabbru li l-manager Roy Hodgson jinsab stabbli l-isptar wara li “ħassu ma jiflaħx” waqt it-taħriġ il-Ħamis filgħodu.

Il-Palace ħassru konferenza tal-aħbarijiet wara li l-coach ta’ 76 sena ma ħassu xejn tajjeb.

Il-Ħamis filgħodu kien irrappurtat li Palace kienu se jkeċċu lil Hodgson hekk kif it-team jinsab fil-15-il post fil-Premier League u ħames punti minn fuq iż-żona tar-relegazzjoni.

Palace jiffaċċjaw lil Everton f’Goodison Park fil-Premier League nhar it-Tnejn.

“Wara l-aħbar li Roy Hodgson ħassu ma jiflaħx waqt is-sessjoni ta’ taħriġ u ttieħed l-isptar, nistgħu nikkonfermaw li issa jinsab stabbli u bħalissa qed isirulu bosta testijiet,” qal il-club fuq X.

“Kulħadd fil-club jibgħat l-isbaħ xewqat lil Roy għal fejqan ta’ malajr.”

Intant, Hodgson se jitlef l-impjieg tiegħu, bl-ex coach ta’ Eintracht Frankfurt Oliver Glasner huwa l-favorit biex jinħatar bħala s-suċċessur tiegħu.

Ekonomija

Sport