Wednesday, July 24, 2024

Europa League: Pass kbir minn Milan lejn l-Aħħar 16

Aqra wkoll

Il-Ħamis intlagħab l-ew­wel leg tal-Play-Offs tan-Knock-Outs taż-żewġ kompetizzjonijiet … tal-UEFA Eu­ro­pa League u tal-UEFA Conference Lea­gue b’għadd ta’ partiti ferm interessanti fejn f’bosta minnhom kien hemm indikazzjoni min jista’ jgħaddi għar-round tal-Aħħar 16 li fihom jidħlu dawk it-timijiet li rebħu l-gruppi rispettivi.

UEFA EUROPA LEAGUE

Milan v Rennes Milan għandhom sieq waħda fl-Aħħar 16 meta f’darhom għelbu lil Rennes bl-iskor ta’ 3-0, bil-protagonisti jkunu Ruben Loftus-Cheek (32, 47) u Rafael Leao (53).

Feyenoord v Roma Roma marru għand Feyenoord u spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Kien Igor Paixao (45) li fetaħ l-iskor għall-Olandiżi iżda Romelu Lukaku (67) salva r-rizultat għall-Giallorossi.

Galatasaray v Sparta Prague F’partita missielta, Galatasaray għelbu lil Sparta Prague 3-2 b’goals minn Kerem Demirbay (19),  auto-goal ta’ Ladislav Krejci (60) u Mauro Icardi (94)  filwaqt li Angelo Preciado (47) u Jan Kuchta (65) wieġbu għaċ-Ċeki.

Shakhtar D. v Marseille –  Shakhtar Donetsk u Marseille temmew fi draw ta’ 2-2. Għal Marseille skor­jaw Pierre Emerick Auba­meyang (64) u Iliman Ndiaye (94) filwaqt li Mykola Matvienko (68) u Eguinaldo (93) skorjaw għall-Ukreni.

Young Boys v Sporting Barra minn darhom Sporting Lisbon kisbu rebħa ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn auto-goal ta’ Aurele Amenda (31), Viktor Gyokeres (41) u Goncalo Inacio (48) filwaqt li Filip Ugrinic (42) wieġeb għal Young Boys li kellhom lil Mohamad Camara (89) imkeċċi.

Benfica v Toulouse – Benfica għelbu lil Toulouse bl-iskor ta’ 2-1 permezz ta’  Angel Di Maria (68 pen, 94 pen)  filwaqt li Mikkel Desl­er (75) kiseb id-draw għal Toulouse.

UEFA CONF. LEAGUE

Ajax v Bodo Glimt Ajax laqgħu lil Bodo-Glimt tan-Norveġja u rkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals biex temmew fi draw ta’ 2-2.

Bodo kienu resqin lejn rebħa grazzi għal doppjett ta’ Albert Gronbaek (16, 64) iżda lejn it-tmiem l-Olandiżi skorjaw darbtjen minn Branco van den Boomen (89 pen) u Steven Berghuis (95) biex dan il-konfront għadu miftuħ beraħ.

St Gilloise v Eintracht F. F’partita bilanċjata, St Gilloise u Eintracht Frankfurt qasmu erba’ goals fi draw ta’ 2-2. Il-Ġermaniżi fetħu vantaġġ ta’ doppju minn Fares Chaibi (3) u Sasa Kalajdzic (10) iżda Mathias Rasmussen (31) u Gustaf Nilsson (68) salvaw ir-riżultat għal St Gilloise li kel­lhom lil Charles Vanhoutte (78) imkeċċi.

Olim­piakos v Ferencvaros Olimpiakos għandhom vantaġġ minimu fuq Fe­rencvaros meta għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0, bl-uni­ku goal tal-partita jasal minn Ayoub El Kaabi (83). 

Ekonomija

Sport