Wednesday, July 24, 2024

Kylian Mbappe jinforma lil PSG li se jitlaqhom fi tmiem l-istaġun

Aqra wkoll

Kylian Mbappe informa lil Paris Saint-Germain bl-intenzjoni tiegħu li jħalli lill-club fi tmiem l-istaġun.

Il-player ta’ 25 sena huwa bla kuntratt fis-sajf u kien marbut b’mod qawwi ma’ ċaqliq lejn il-leaders ta’ La Liga, Real Madrid. 

Mbappe rebaħ ħames titli tal-kampjonat ma’ PSG, u skorja 243 gowl f’290 dehra minn meta ngħaqad magħhom minn Monaco għal Pariġi f’Settembru 2017.

Din l-aħbar waslet l-għada li Mbappe għen lil PSG għal rebħa ta’ 2-0 fuq Real Sociedad fl-ewwel leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League.

Il-Pariġini se jiffrankaw salarju ta’  €200 miljun fis-sena wara t-tluq mistenni ta’ Mbappe wara perjodu ta’ seba’ snin fil-kapital Franċiżi, li se jinvestu mill-ġdid fil-programm taż-żgħażagħ tagħhom.

Ekonomija

Sport