Monday, May 13, 2024

Ruben Amorim jiskuża ruħu mad-diriġenti ta’ Sporting Lisbon

Aqra wkoll

Hekk kif Ruben Amorim jinsab fiċ-ċentru ta’ diskussjoni u spekulazzjonijiet li jista’ jingħaqad ma’ West Ham United bħala kowċ għall-istaġun li ġej, hu xtaq jiskuża ruħu b’mod partikolari mad-diriġenti tal-klabb tiegħu Sporting Lisbon wara li ltaqa’ ma’ xi amminstraturi tal-Hammers fil-jiem li għaddew.

Amorim kien qed jitkellem wara l-isfida li t-tim tiegħu kellu kontra Porto mill-kampjonat Portugiż fejn qal li meta hu jitlob rispett lill-plejers tiegħu, hu għamel xi ħaġa li ma tixraqx lilu.

Hu qal li ġera wisq meta ltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ West Ham u wiegħed li sal-aħħar ta’ dan l-istaġun se jkun qed jikkonċentra bis-sħiħ sabiex iwassal lil Sporting Lisbon għat-tragwardi tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport