Monday, May 13, 2024

Andre Villas Boas il-president il-ġdid ta’ Porto

Aqra wkoll

Hekk kif l-eks kowċ Andre Villas Boas laħaq il-president il-ġdid ta’ FC Porto, dan għadu qed jiddeċiedi jġeddidx il-kuntratt tal-kowċ Sergio Conceicao jew inkella jmurx għal xi ħaddieħor fil-jiem li ġejjin.
Villas Boas, li fil-karriera tiegħu mexxa timijiet bħal Chelsea, Tottenham, Zenit, Shanghai u Marseille, laħaq fit-tmexxija ta’ dan il-klabb prestiġġjuż minflok Pinto da Costa.

Hu wiegħed stil ġdid ta’ tmexxija u aktar suċċessi għal dan it-tim li rebaħ il-kampjonat Portugiż 30 darba. Hu kien imexxi lil Porto bħala kowċ fl-istaġun 2010/2011.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport