Thursday, May 16, 2024

Arsenal iridu jiffirmaw lil Javi Guerra

Aqra wkoll

Arsenal qed isegwu sew il-progress tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Valencia Javi Guerra. Dan tal-aħħar għandu 20 sena u qed jispikka ferm f’dan id-dipartiment importanti mat-tim tan-naħa t’isfel ta’ Spanja.

Valencia jridu madwar €100 miljun għalih b’Arsenal li se jkunu qed jaffaċċjaw il-kompetizzjoni ta’ Manchester United, Tottenham Hotspur, Real Madrid u Barcelona li wkoll imħajrin għalih.

Matul dan l-istaġun, Guerra lagħab 36 partita u skorja ħames gowls ma’ Valencia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport