Monday, May 20, 2024

Golf Jintemm is-seba’ round tal-Alliance Captain’s League

Aqra wkoll

Fi tmiem din il-ġimgħa sar is-seba’ u l-aħħar round tal-Alliance Captain’s League fil-korsa tal-golf fil-Marsa fejn kien Eugene McCooey li ġab spiċċa fl-ewwel pożizzjoni wara punteġġ ta’ 41 u 25 punt. Hu rnexxielu jispiċċa qabel Sam Azzopardi li temm fit-tieni pożizzjoni u Ingo Sausmekat li kellu jikkuntenta bit-tielet post.

Min-naħa l-oħra, Stephen Dodd ġab l-aqwa punteġġ f’ħamsa mis-seba’ rounds li ntlagħbu b’Neil Simpson u Eugene McCooey li segwew.

Finalment fil-kategorija tat-timijiet, Team Richard Waterhouse irreġistra l-ewwel pożizzjoni segwiti minn Team Victor Denaro u Team Captains.

Il-premjijiet tqassmu mill-kaptan tar-Royal Malta Golf Club Jay Jay Micallef.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport