Il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Belġju ħatret lill-kowċ Franċiż Rudi Garcia sabiex imexxi lit-tim nazzjonali. Dan kollu seħħ wara li l-president Pascal Van Damme neħħa lil Domenico Tedesco mill-kariga wara sensiela ta’ riżultati diżappuntanti.
Garcia għandu 60 sena u jġorr miegħu esperjenza kbira wara li mexxa lil Lille, Roma, Napoli, Lyon, Dijon u Saint Etienne.
Din se tkun l-ewwel darba li se jkun qed jikkowċja tim nazzjonali.
Il-Belġju se jilagħbu relegation play-off kontra l-Ukrajna f’Marzu li ġej.