Tuesday, November 17, 2026
Home Sport Rugby: Wara r-rebħa drammatika kontra l-Isvezja, jitkellem il-coach tat-team nazzjonali, Phil Pretorius

Rugby: Wara r-rebħa drammatika kontra l-Isvezja, jitkellem il-coach tat-team nazzjonali, Phil Pretorius

0
23

Minn Cristian Muscat

Wara r-rebħa drammatika li t-tim nazzjonali tar-rugby kiseb nhar is-Sibt li għadda kontra l-Isvezja, tkellem ma’ dan is-sit il-coach tat-tim nazzjonali, Phil Pretorius.

Fi kliemu:

Ix-xemx Maltija għandha mod kif txejjen il-ħolm ta’ matul il-jum; iżda, illum, jidher li l-ħolma baqgħet ħajja u b’saħħitha.

Tliet rebħiet minn tlieta fit-Trophy, minn mindu bdejna f’Ċipru sena ilu; seba’ rebħiet minn sebgħa.

L-istorja sħiħa ta’ dan it-tim, li għadu bla telfa, hija waħda leġġendarja.

Fid-Danimarka, wara 21 minuta konna qed nitilfu 0-17, bi 15-il penalty mogħtija kontra tagħna. L-art kienet tqila u kollox kien kontra tagħna. Iżda l-grupp qam għall-okkażjoni u skorja 36 punt bla risposta, biex b’hekk irbaħna 36-17.

Imbagħad kellna niffaċċjaw il-qawwa tal-Ġermanja — b’45,000 plejer tagħhom kontra l-200 plejer tagħna. X’wirja kumbattiva pproduċejna biex finalment irbaħna 37-31!

Wara ġiet l-Isvezja, li tinsab fl-34 post fir-rankings dinjija. Il-grupp tal-attakkanti tagħhom jiżen 1000 kg — probabbilment wieħed mill-itqal fuq ix-xena internazzjonali. Biex nagħti eżempju, il-grupp tal-attakkanti tal-Springboks jiżen 925 kg; piż li jidher żgħir meta tqabblu ma’ dak tal-Isvezja.

Bdejna tajjeb, iżda fil-mistrieħ, meta ħarist f’għajnejn il-plejers, rajt li ma kien fadal xejn aktar fihom. L-eżawriment miż-żewġ logħbiet preċedenti kien jidher ċar fuq wiċċhom. Għalhekk, ma kienx ta’ b’xejn li l-Isvezja kienet qed tirbaħ 34-19 meta kien għad fadal biss 13-il minuta għat-tmiem tal-partita. Lgħabt l-aħħar karta tiegħi billi daħħalt grupp ta’ plejers (l-aktar żgħażagħ) li rreaġixxew b’mod mill-aqwa!

Ir-rebħa ta’ 36-34 kienet waħda enormi.

Il-plejers li ħadu sehem f’dawn il-logħbiet se jibqgħu mfakkra sakemm jibqa’ jintlagħab ir-rugby f’Malta.

Hemm ħafna għalxiex inkunu grati:

Lill-MRFU u lil Gerald, grazzi ħafna tal-appoġġ sod tagħkom.

Lill-Gvern, grazzi ħafna tal-appoġġ tagħkom.

Lill-media li appoġġjatna, grazzi ħafna tal-coverage tagħkom.

Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, grazzi lill-partitarji li taw spinta lit-tim tagħna lbieraħ, proprju meta kellna l-aktar bżonn. Permezz tal-vuċijiet tagħkom, intom tajtuna l-qawwa biex naslu sal-mira.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here