Sunday, December 29, 2024

Russa t’14-il sena tinżamm arrestata wara li allegatament ordnat il-qtil t’ommha

Aqra wkoll

Żagħżugħa ta’ 14-il sena hija waħda miż-żewġ persuni li qed jinżammu arrestatati mill-Pulizija Russa wara li allegatament ordnat il-qtil t’ommha stess.

Skont il-midja tal-lokal, il-katavru tal-mara nstab minn kennies wara li kien mitluq fi skip fil-belt ta’ Balashikha, qrib il-kapitali Moska. L-istess sorsi qalu wkoll li l-katavru ta’ Anastasia Milosskaya, mara ta’ 38 sena, kien miksi bil-plastik u mkeffen f’saqqu.

Anastasia Milosskaya

Minn investigazzjonijiet preliminari jidher li l-mara qalgħet xeba’ tajba u mietet fgatha.

Mas-sejba tal-katavru, l-awtoritajiet żammew arrestasti lil bintha flimkien ma’ żagħżugħ ta’ 15-il sena li x’aktarx huwa l-għarus ta’ bint il-vittma. Huma jinsabu suspettati li qabbdu żewġ żgħażagħ oħra sabiex joqtlu lil Anastasia u li ħallsu s-somma ta’ 350,000 rubles (madwar £3,600) biex jitwettaq dan ir-reat.

Il-katavru ta’ Anastasia Milosskaya

Rapporti juri wkoll li t-tfajla u l-ġuvni kienu jgħixu flimkien għand il-vittma. Mid-dehra, l-omm pruvat tikkonvinċi lill-għarus ta’ bintha biex jitlaq minn darhom għax bdiet tħoss li kien ta’ influwenza ħażina għal bintha, qalet il-midja Ingliża Metro.

Jekk jinstabu ħatja, jistgħu jaffaċċjaw sentenza ta’ 10 snin priġunerija, li għall-bidu jservuha f’faċilità korrettiva tal-minorenni. Dan hekk kif is-suspettati huma kollha taħt is-17-il sena.

Ekonomija

Sport