Saturday, October 12, 2024

Ryan Mason se jibqa’ assistent kowċ ta’ Tottenham

Aqra wkoll

Sar magħruf li Ryan Mason se jibqa’ l-assistent kowċ ta’ Tottenham sal-aħħar ta’ dan l-istaġun. Dan kollu seħħ minkejja li l-eks plejer ta’ Hull, Doncaster u Swindon Town kellu offerta mingħand il-Belġjani ta’ Anderlecht.

Kien hemm xnigħat li fl-istaġun li għadda hu seta’ kien il-kowċ il-ġdid ta’ Tottenham iżda fl-aħħar mill-aħħar it-tim minn Londra kien għażel lil Ange Postecoglou.

Mason qal li għandu rabta kbira ma’ Tottenham Hotspur peress li kien plejer magħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport