Friday, October 25, 2024

“Sakemm nerġgħu niltaqgħu u ħadd u xejn ma jerġa’ jifridna minn xulxin”

Omm Gabriel Vella f’għeluq it-3 anniversarju mill-mewt tiegħu

Aqra wkoll

“Ilu tliet snin l-aħħar darba li tajtek tgħannieqa. Kont it-tifel perfett li kont tagħmel kollox tajeb…” Iddikjarat dan omm Gabriel Vella, tifel Għawdxi li kien seraq il-qlub ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin f’għeluq it-tielet anniversarji minn meta tilef il-battalja tiegħu kontra l-kanċer.

Miriam kompliet tgħid li hi tħossha mitlufa mingħajr binha. “Taf li inti dejjem fil-ħsieb tiegħu u anke f’qalbi. Niftakar fik malli nqum, li l-aħħar ħsieb tiegħi qabel ma norqod ikun fik ukoll.”

Hi temmet il-messaġġ tagħha billi qalet li “nħobbok għal dejjem anġlu tiegħi… sakemm nerġgħu niltaqgħu u ħadd u xejn ma jerġa’ jifridna minn xulxin.”

Sport