Thursday, May 8, 2025

Sam Bartolo jirbaħ il-Bormla Grand Prix

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-Bormla Subbuteo Club organizza l-FISTF Grand Prix fejn total ta’ ħamsin atleta kkompetew fl-Universita Amerikana ta’ Malta.

Fil-kompetizzjoni individwali fil-Kategorija Open il-player ta’ Valletta SC Samuel Bartolo fil-finali għeleb lil  Mark Gauci.

Fil-kompetizzjoni tal-Veterani kien  Jason Pisani ta’ Bormla SC li fil-finali għeleb li sieħbu Charles Aquilina.

Il-kategorijii ta’ taħt is-26 sena ntrebħu t-tnejn minn Jayden Bonnici ta’ Palermo SC.

Intant fl-avveniment tat-timijiet Valletta SC kisbu s-suċċess finali wara rebħa kontra Lazio.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport