Saturday, September 14, 2024

Samuel Chukwueze ippreżentat minn AC Milan

Aqra wkoll

Ilbieraħ kienet il-ġurnata ta’ preżentazzjoni tal-winger Niġerjan Samuel Chukwueze. Dan tal-aħħar kien qed jilgħab ma’ Villareal fejn kien ferm tajjeb mal-faxxa leminija u dan kollu ġiegħel lid-diriġenti Milanisti sabiex imorru għalih. 

Ilbieraħ Chukwueze wasal f’Milan kmieni waranofsinhar u wara li wettaq it-testijiet mediċi, mar Casa Milan sabiex iffirma kuntratt li se jżommu bħala Rossonero sa Ġunju 2028.

Minkejja kollox, Chukwueze mhux se jkun qed jingħaqad mal-kumplament tat-tim fit-tour li se jagħmlu fl-Istati Uniti.

Ekonomija

Sport