Friday, July 24, 2026
Home Sport Samuel Iling Junior għall-Ingilterra?

Samuel Iling Junior għall-Ingilterra?

0
326

Il-winger Samuel Iling Junior qed jinteressa diversi klabbs Ingliżi li jixtiequ jiksbu s-servizzi tiegħu mingħand Juventus. Dawn tal-aħħar jixtiequ jżommu lil dan il-plejer iżda l-eks plejer ta’ Chelsea qed jiġi evalwat minn xi klabbs Ingliżi li ma ssemmewx b’isimhom. 

Il-Bianconeri qed jistmaw li Iling Junior jiswa madwar €20 miljun u lesti jinnegozjaw ġaladarba jkun hemm l-offerta t-tajba.

Iling Junior għandu 19-il sena u matul l-istaġun li għadda lagħab 12-il logħba u skorja gowl wieħed biss.