Tuesday, May 14, 2024

San Giljan jirbħu l-Kampjonat BOV waterpolo tax-Xitwa

Aqra wkoll

Is-Saints ikkonsolidaw id-dominanza tagħhom fix-xena tal-waterpolo lokali fejn rebħu l-5 unuri kollha fl-istaġun tal-waterpolo lokali 2022/2023 u diġà rebħu l-Enemed Cup u l-Kampjonat BOV tax-xitwa fl-istaġun attwali.

San Ġiljan rebħu l-logħbiet kollha tagħhom f’dan il-kampjonat u għalquh billi għelbu lir-rivali eterni tagħhom Neptunes bl-iskor ta’ 11-8 fl-aħħar logħba tal-istaġun biex żiedu trofew ieħor fil-kollezzjoni tagħhom.

Ernest Agius, Chief Operations Officer fi ħdan il-Bank of Valletta u l-President tal-Malta ASA Karl Izzo ippreżentaw it-trofew tal-Kampjonat BOV Water Polo tax-Xitwa lil San Giljan wara din l-aħħar partita li ntlagħbet fin-National Pool tal-Qroqq..

Il-Bank of Valletta ilu s-sostenitur ewlieni tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku ta’ Malta mill-2008 u jkompli jappoġġja inizjattivi sportivi f’Malta u Għawdex b’impenn lejn komunità aktar b’saħħitha li fiha jopera.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport