Tuesday, September 24, 2024

San Ġiljan kellhom jitħabtu kontra Valletta

Aqra wkoll

San Ġiljan………………….15

Valletta……………………..13

(2-4, 5-2, 3-1, 5-6)

San Ġiljan kellhom jitħabtu biex għelu l-isfida ta’ Valletta bl-iskor strett ta’ 15-13.

Kienu Valletta li ħasdu lill-Ġiljaniżi meta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bil-goals għalihom jaslu minn Ivan Nagaev (2), bl-ewwel goal  jasal minn man-up wara li tkeċċa Jake Bonavia u t-tieni minn penalty, u Andrija Vlahovic (2) bit-tieni goal jiskorjah minn man-up wara li tkeċċa Ben Plumpton. Andreas Galea u Nikolai Zammit minn penalty wieġbu għall-Ġiljaniżi.

Iżda San Ġiljan wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bl-iskorers ikunu Ben Plumptin (3), bit-tieni goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Daniel Rizzo, Jake Bonavia u Nikolai Zammit. Andrija Vlahovic u Ivan Nagaev skorjaw għat-team mill-belt kapitali.

Is-Saints rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bl-awturi tal-goals ikunu Aaron Younger u Nikolai Zammit (2). Andrea Agius skorja l-uniku goal Belti.

L-aħħar sessjoni pproduċiet xejn inqas minn 11-il goal, bil-Beltin ikunu huma li joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-5, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Ivan Nagaev (2) bit-tieni goal  jasal minn penalty, Kieyan Borg, Andrija Vlahovic (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Darren Zammit, u Jayden Cassar. Ben Plumpton, Maro Jokovic (2), il-captain Matthew Zammit u Andreas Galea skorjaw għall-Ġiljaniżi.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Kelvin Calleja 3-Andreas Galea (2), 4-Ben Plumpton (4), 5-Maro Jokovic (2), 6-Matthew Zammit (1), 7-Jake Bonavia (1), 8-Aaron Younger (1), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (4), 11-Darren Zammit, 12-Russell Caruana, 13-Gianluca Borg, 14-Gabriel Bonavia, 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-James Spiteri Staines, 3-Daniel Rizzo, 4-Jayden Cassar (1), 5-Seb Busuttil, 6-Andrija Vlahovic (5), 7-Daniel Paolella, 8-Ivan Nagaev (5), 9-Stephen Micallef, 10-Andrea Agius (1), 11-Kieyan Borg (1), 12-Kyle Cremona, 13-Andre Theuma, 14-Mark Demarco Coach: Joe Cremona

Referees: Peter Balzan, Domenico Rotondano

Sport