Sunday, June 21, 2026

San Ġiljan pass ‘il bogħod milli jirbħu t-Tazza tal-President

Aqra wkoll

SIRENS…………… 11

SAN ĠILJAN…… 16

(3-4, 3-4, 5-4, 0-4)

San Ġiljan komplew fejn ħallew fir-rebħa stretta ta’ 11-10 kontra Sliema meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 16-11.

It-tim minn San Pawl il-Baħar żamm il-pass mal-Ġiljaniżi sa tmiem it-tielet sessjoni iżda mbagħad dawn tal-aħħar iddominaw ghal kollox l-aħħar sessjoni fejn skorjaw erbgħa mingħajr risposta, fejn huma rebħu wkoll l-u t-tieni sessjoni bl-iskor strett ta’ 4-3, b’Sirens jirbħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 5-4.

B’hekk San Giljan issa jinsabu pass ‘il bogħod milli jirbħu t-Tazza tal-President.

L-aqwa skorer għall-Ġiljaniżi kien Alec Fenech li rreġistra poker personali, filwaqt li għal Sirens reġa’ spikka l-Ungeriż Daniel Angyal li bħal m’għamel fil-konfront preċedenti kontra Neptunes, reġa’ skorja erba’ goals.

Sirens: N. Grixti, D. Angyal (4), A. Galea, G. Pace, J. Zerafa Gregory (1), K. Agius, M. Ortoleva (1), I. Riolo, P. Serracino, M. Sciberras (2), Z. Mizzi (2), G. Farrugia, A. Theuma, M. Mifsud (1), A. Dimech

San Ġiljan: J. Tanti (1), D. Bugeja, N. Schiavone (1), R. Caruana (1), M. Zammit (2), J. Bonavia (1), B. Plumpton (1), J. Abela (2), N. Zammit (3), D. Zammit, A. Fenech (4), A. Muscat, L. Dimech

Referees: Michele Scarciolla, Ronnie Spiteri

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport