SLIEMA…….………. 9
NEPTUNES ……… 14
(1-5, 3-4, 2-4, 3-1)
F’konfront mit-Tazza tal-President, f’atmosfera mhux denja ta’ konfront bejn Neptunes u Sliema, it-tim mill-Balluta rkupra mit-telfa konra Sirens meta għeleb lil Sliema bl-iskor komdu ta’ 14-9.
Notevoli għal Neptunes kienet l-assenza tal-captain Stevie Camilleri, filwaqt li għal Sliema Jayden Cutajar lagħab l-ewwel ftit iżda ħareġ mill-ilma minħabba daqqa li sofra.
Neptunes għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita, meta rebħu l-ewwel sessjoni b’distakk ta’ reba’ goals, jiġifieri bl-iskor ta’ 5-1. Huma rebħu wkoll it-tieni u t-tielet sessjoni bl-iskors rispettivi ta’ 4-3 u 4-2, bi Sliema jwettqu rimonta tard fil-partita meta rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-1.
Għal Neptunes spikka ferm il-player Kroat ta’ 25 sena, Kristijan Culina li skorja xejn inqas minn seba’ goals, fejn min-naħa l-oħra għal Sliema l-aqwa skorer kien l-Ispanjol Alberto Barroso, li bħall-konfront preċedenti kontra San Ġiljan, irreġistra poker personali.
Sliema: B. Busuttil, A. Barroso (4), L. Galea, J. Gambin, J. Cassar (2), B. Cachia, J. Cutajar, D. Rizzo, E. Schembri (1), J. Cachia (1), J. Chircop, D. Zammit, M. Bonello DuPuis, S. Engerer, S. Busuttil
Neptunes: M. Castillo, M. Lanzon, S. Gialanze (3), L. Mallia (2), J. Camilleri, J. Valletta, S. Camilleri, M. Castillo (1), K. Culina (7), J. Bajada (1), A. Fava, M. Azzopardi, M. Rossi, H. Shramm, C. Reeves
Referees: Massimo Angileri, Andrea Zedda

