Sunday, June 21, 2026

Valletta jegħlbu lil Marsaxlokk u jaċċertaw posthom fil-Kampjonat Premier

Aqra wkoll

MARSAXLOKK ….13

VALLETTA ……… 19

(4-5, 1-8, 8-3, 0-3)

Valletta kisbu r-rebħa tant mixtieqa kontra Marsaxlokk MFF li biha aċċertaw posthom fil-Kampjonat Premier f’dan is-sajf. B’dan ir-riżultat Exiles huma wkoll ikkonfermati fil-Kampjonat Premier.

Vallettta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor strett ta’ 5-4 qabel ma fit-tieni sessjoni ħadu l-kmand assolut tal-logħba fejn ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 8-1, biex aċċertaw ruħhom mir-rebħ tal-partita.

Madankollu, kawża ta’ dan huma rrilassaw fit-tielet sessjoni u fil-fatt sfaw megħluba  bl-iskor ta’ 8-3, iżda rritornaw għar-rebħ fl-aħħar sessjoni meta għamlu dan bl-iskor ta’ 3-0.

Għall-Beltin, l-aqwa skorer kien Ken Erdogan li skorja xejn inqas minn sitt gaols, waqt li għal Marsaxlokk spikka ferm il-Kroat Andrija Vlahovic li wkoll skorja sitt goals.

Marsaxlokk: M. Farrugia, Z. Cutajar Licari, B. Schranz, N. Spiteri, A. Buhagiar, K. Dowling, A. Vlahovic (6), J. Pawley, B. Lewis, J. Borg Tabone (2), S. Mifsud (2), E. Mallia (3), A. Micallef, Z. Schranz, M. Fenech

Valletta: A. Bugeja, G. Sammut, M. Carani, J. Sciberras (2), J. Colombo, L. Vickovic (3), M. Zammit (3), D. Tully (2), K. Borg, K. Erdogan (6), M. Chircop (1), K. Cremona (1), G. Borg, N. Saliba (1), Z. Galea

Referees: Andrea Zedda, Neville Mercieca

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport