Sunday, December 22, 2024

Blackball: San Ġwann Nick’s A u Cospicua Rangers jibdew il-kampjonat b’rebħa

Aqra wkoll

San Ġwann Nick’s A u Cospicua Rangers bdew l-impenji tagħhom fil-kampjonat nazzjonali tal-Blackball bl-aqwa mod possibbli meta rebħu l-ewwel logħba tagħhom kontra l-avversarji rispettivi tagħhom.

San Ġwann għelbu lill-promossi Valletta Breakwater 11-8 filwaqt li l-Bormliżi kienu ferm aħjar minn Ħamrun 147 A tant li rebħu 11-6.

Kellna parita assoluta fil-logħbiet bejn Jojo’s Birżebbuġa A u Ħamrun 147 B u fid-derby ta’ Qormi Anici A kontra B hekk kif l-iskor finali kien dak ta’ 10-10.

Bidu pożittiv ukoll għal PL Balzan A u Ħamrun 147 C li kisbu l-ewwel tliet punti tagħhom fil-kampjonat reġjonali wara skors pożittivi ta’ 11-4 kontra Każin Pinto Qormi A u kontra Ħamrun 147 D rispettivament. Fl-istess waqt, Domus Kids Żejtun A u Valletta Fossa Boys A temmew il-konfront tagħhom fi draw ta’ 10-10.

F’sezzjoni A tal-Community League, Qormi Anici D, Mrieħel Billiard House, San Ġwann Tiki Taka A u Juve Birkirkara A kollha bdew bir-rebħ kontra PL Balzan (11-6), Selmun Bar C (11-9), San Ġwann Nick’s B (11-9) u Birkirkara Boċċi (11-7) rispettivament.

F’sezzjoni B tal-istess kategorija, Qormi Anici D għelbu lit-tim E 11-9 filwaqt li kellna skors identiċi ta’ 11-9 minn Taċ-Ċaċċu Qormi u Juve Birkirkara A kontra Valletta Fossa Boys B u Selmun Bar B.

Finalment, San Ġwann Tiki Taka B iddominaw il-konfront kontra Domus Kids Żejtun B tant li rebħu 11-3.

Ekonomija

Sport