Sunday, April 6, 2025

San Ġwann Tiki Taka jirbħu r-Regional Easter Trophy

Aqra wkoll

San Ġwann Tiki Taka rebħu r-Regional Easter Trophy wara li fil-finali li saret fil-Fuego Speakeasy f’Birkirkara għelbu lil Qormi Pinto 11-5. it-tim rebbieħ kien dejjem fil-kontroll tal-logħba hekk kif sal-ewwel żewġ sessjonijiet kien diġa’ stabilixxa vantaġġ ta’ 7-3.

Fit-tielet sessjoni, minkejja l-isforzi tal-Qriema, San Ġwann ikkontrollaw il-logħba sabiex Matthias Debono daħħal il-boċċa rebbieħa u ta t-tazza lit-tim tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport