Friday, September 13, 2024

Santa Margherita jirbħu n-Nestle Ice Cream Female Beach Soccer Tournament

Aqra wkoll

Santa Margherita rebħu n-Nestle Ice Cream Female Beach Soccer tournament meta f’finali ferm sabiħa għelbu lil Mtarfa 4-3.

Santa Margherita kienu dejjem minn fuq iżda t-tim mill-Imtarfa baqa’ fil-logħba fejn kien biss fl-aħħar li l-plejers kellhomi ibaxxu rashom.

Shakira Bugeja poġġiet lil Santa Margherita minn fuq minn azzjoni ta’ freekick sabiex Shania Spiteri ġabet l-iskor indaqs għal Mtarfa.
Rohanne Zahra u Shakira Bugeja stabilixxew vantaġġ ta’ żewġ gowls oħra għal Santa Margherita sabiex Mtarfa reġgħu daħlu fil-logħba għal 3-3 wara gowls ta’ Darya Attard u Shania Spiteri.

Lejn l-aħħar tat-tielet sessjoni, Kirsty Paris skorjat dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.

Fi tmiem il-konfront, il-koordinatur tekniku tal-MBSA Kurt Callus ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Santa Margherita Shakira Bugeja.

Dan it-tournament kien ikkontestat minn tliet timijiet fejn apparti Santa Margerita u Mtarfa ħadu sehem ukoll Parr Mela.

Fil-logħbiet tal-fażi tal-gruppi, Santa Margherita kisbu punti massimi wara żewġ rebħiet kontra Mtarfa 4-3 u Parr Mela 6-3 filwaqt li Mtarfa rebħu lil Parr Mela 11-2.

Ekonomija

Sport