Il-president ta’ Santos Marcelo Teixeira qal li l-klabb hu lest sabiex jakkwistaw lil Neymar Junior f’dak li hu stess sejjaħlu proġett konkret.
Neymar kien jilgħab ma’ Santos fil-bidu tal-karriera tiegħu bejn l-2009 u l-2013 qabel ma mar jilgħab fl-Ewropa ma’ Barcelona u Paris St Germain.
Bħalissa Neymar qed jilgħab ma’ Al Hilal iżda qed ikun mifni minn numru ta’ injuries fejn għandu barra xi ftit tal-ġimgħat oħra.