Thursday, December 26, 2024

“Saret “normali” li ġuvni jibgħatlek ritratt tal-parti tiegħu”

Aqra wkoll

Żagħżugħa Maltija tagħmel kuntatt mal-familjari ta’ Paulina u tgħidilhom li mhu se tintesa qatt

“Illum, saret ħaġa “normali” li ġuvni jibgħatlek ritratt tal-parti tiegħu, niftakar kelli anke 12-il sena u kienu jibgħatuli ritratti tal-parti tagħhom. Fuq l-imwejjed tal-iskola tara parti ta’ raġel impenġi.” Hekk stqarret iż-żagħżugħa Maltija Kayce Connor, li f’messaġġ profond fuq il-midja soċjali rreaġġixxiet għall-qtil tal-Pollakka Paulina Dembska. Fi kliem Connor, din hija sitwazzjoni tassew “tal-biża’.”

Iż-żagħżugħa qalet li “llum t-tfajla jew mara mhiex irrispettata… jibgħatulek biex tibgħat ritratt ta’ sidrek jew tal-parti tiegħek… is-sess sar normali u billi tmur ma’ xi ħadd ma’ fiha xejn, bażikament l-aqwa li ġuvni jistrieħ.

Fl-istess messaġġ, Connor, qalet li bħal donnu jeżisti xi ftehim komuni li għax “ġuvni jgħidlek li “jħobbok” jista’ jipprova jmissek.” Hija spjegat li “meta kont iżgħar kienu jgħidulek li jekk ma jkollokx x’taqsam ma’ xi ħadd inti “nerd” u jekk tmur ma xi ħadd inti “qaħba”.”

Intant, Connor, kitbet li fil-jiem li għaddew hija għamlet kuntatt mal-familjari ta’ Paulina fejn issigurathom li binthom u oħthom mhux ser tkun qiegħed tintesa.

“Jien Maltija u bħala Maltija nħossni mbeżża’,” ikkonkludiet il-messaġġ tagħha ż-żagħżugħa.

Ekonomija

Sport