Tuesday, December 24, 2024

Se jiġu offruti servizzi ġodda psikoloġiċi għal persuni LGBTIQ+ u għall-familji tagħhom

Aqra wkoll

Se jiġi offruti servizzi ġodda psikoloġiċi għal persuni LGBTIQ+ u għall-familji tagħhom. Dan se jsir permezz tad-Fondazzjoni għas-Servizz tal-Ħarsien Soċjali, li permezz tagħhom se titwettaq miżura oħra tal-istrateġija nazzjonali għall-ugwaljanza għal persuni LGBTIQ+.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigie, fejn fid-diskors tagħha irrimarkat li dawn is-servizzi se jassiguraw il-benesseri ta’ individwi u tal-familji tagħhom li jfittxu l-għajnuna biex jegħlbu l-ansjetà u l-istress mentali u psikoloġiċi li jista’ jkollhom minħabba, fost oħrajn, ċerti preġudizzji u stigma li għadhom hemm fost xi wħud. Dan minkejja li pajjiżna avvanza l’quddiem fil-qasam tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+.

Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg qalet li s-servizz tal-Wellbeing Hub huwa xhieda tal-impenn sħiħ tal-gvern favur l-inklussività u l-ugwaljanza li tinkiseb mhux biss bil-liġijiet iżda wkoll billi jkollna l-qafas tas-servizzi ta’ appoġġ komplut biex kulħadd ikun jista’ jgawdi kwalità ta’ ħajja aħjar bid-dinjità u bir-rispett kollu dovut.

Dawn is-servizzi ser jingħataw mill-Wellbeing Hub li jinsab f’Raħal Ġdid sakemm jitlestew ix-xogħlijiet biex dawn is-servizzi jibdew jingħataw minn binja fil-Belt Valletta kif ukoll bi programm ta’ outreach li għandu jilħaq ukoll il-komunità f’Għawdex.

Fil-konferenza, tkellem ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali, Alfred Grixti. Huwa saħaq li b’dan il-ftehim u bil-kollaborazzjoni mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-professjonisti speċjalizzati tal-Aġenzija Appoġġ ser jagħtu servizz personalizzat lill-individwi li jfittxu l-għajnuna tagħhom. Huwa qal li dan jinkwadra fil-missjoni soċjali tal-Fondazzjoni li taħdem ma’ gruppi differenti biex tassigura l-ġid komuni u l-benesseri ta’ faxex differenti tas-soċjetà.

Ekonomija

Sport