Saturday, December 21, 2024

Se jipprotestaw quddiem il-Kwartieri tal-Pulizija biex tintrefa’r-responsabbiltà

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Hekk kif fuq is-sit fejn inqatlet Paulina Dembska fi Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema komplew jitpoġġew għadd ta’ fjuri u bukketti. Ma’ dawn qed jitpoġġew ukoll għadd ta’ messaġġi.

Intant fl-aħħar jiem, quddiem kummenti li saru mill-kelliema tal-Pulizija, bdew preparamenti biex issir protesta. Fil-fatt sar magħruf li nhar is-Sibt 22 ta’ Jannar se ssir protesta quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-11 ta’ filgħodu.

Intqal li f’din il-protesta dawk li se jattendu se jkunu qed jesprimu r-rabja tagħhom għal dak li huma qed isejħu insensittività u n-nuqqas ta’ għarfien li wera riċentement il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta lejn il-vjolenza marbuta mal-ġeneru li fl-estrem tagħha twassal għall-femiċidju. It-talbiet ta’ dawk li se jipprotestaw fosthom il-Moviment Graffitti huma li l-awtoritajiet jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom fil-qasam.

Qed jitolbu li jittieħdu azzjonijiet konkreti li jindirizzaw l-isterjotipi, il-misoġinija u l-patrijarkat. Qed jitolbu li tiġi indirizzata l-problema tat-tqegħid tat-tort fuq il-vittma. Qed jitolbu li l-istupru bħala reat, jittieħed b’iktar serjetà. Qegħdin jitolbu ukoll li jiġu aġġornati l-linji gwida għall-iskejjel fir-rigward tas-sess u r-relazzjonijiet.

Ekonomija

Sport