Thursday, April 25, 2024

Il-Pulizija Ġermaniża tinsab viċin li tressaq lil Brueckner il-qorti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-investigaturi fil-każ tal-għejbien ta’ Madeleine McCann jidher li għandhom “evidenza xokkanti” li tista’ finalment tara li jibdew jitressqu l-provi fil-qorti.

Il-Pulizija fil-Ġermanja jinsabu ċerti li Christian Brueckner ħataf u qatel lit-tifla waqt li kienet fuq btala f’Mejju tal-2007.

Qiegħed saħansitra jkun irrapurtat li l-investigaturi għandhom uffiċjal pajżan fil-ħabs fejn is-suspettat qiegħed jiskonta sentenza fuq stupru b’tentattiv li dan jasal biex jammetti dwar dan il-każ.

Skont l-istess rapporti, Brueckner fetaħ qalbu ma ħabib tiegħu dwar il-ħtif tat-tifla meta kien qiegħed jagħmel xi żmien ma’ ħabib f’Algarve fil-Portugall. Jidher li skont il-prosekuturi din ix-xhieda ma kinitx biżżejjed biex Breueckner jiġi akkużat b’rabta mal-għejbien ta’ McCann.

Iżda issa jidher li t-tim li qiegħed jaħdem dokumentarju dwar it-tifla, għadda evidenza li tista’ tkun sinifikanti biex tgħin fil-każ.

Fost evidenza oħra jidher li hemm provi li s-suspettat kien viċin Praia da Luz meta t-tifla għebet mil-lukanda waqt li l-ġenituri ħarġu jieklu.

Sport