Thursday, September 19, 2024

Se jittellgħu l-poloz tal-Enemed Futsal League

Aqra wkoll

Nhar l-Erbgħa li ġej se jitilgħu l-poloz tal-kompetizzjonijiet ewlenin tal-futsal li għal sena oħra se jiġu sponsorjati minn Enemed.

Fl-Enemed Futsal League se jieħdu sehem disa’ timijiet fejn apparti t-timijiet stabbiliti ta’ Luxol, University of Malta, Ta’ Xbiex, Swieqi Futsal LEC07, Marsaskala Legends, is-selezzjonijiet Maltin ta’ taħt it-18 u d-19-il sena, hemm ukoll Gżira/Birżebbuġa u Ħamrun Sports Club.

Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda ta’ tim ieħor fl-Enemed Women’s Futsal League b’Santa Margerita li se jkollhom żewġ timijiet A u B u magħhom hemm ukoll Mtarfa Women, Mtarfa Nursery, Iklin, Lija, Parr Mela Pebbles u Swieqi LEC07.

Il-kampjonat tal-irġiel se jibda fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru filwaqt li dak tan-nisa li se jibda ħmistax-il ġurnata wara. Il-logħbiet se jsiru fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, fil-Padiljun ta’ De La Salle u fil-Padiljun ta’ San Alwiġi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport