Mindu seħħet l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, fost diversi sitwazzjonijiet spikkaw il-firdiet fost il-familja. Rajna filmati u ritratti kommoventi ta’ familji jinfirdu. In-nisa, tfal u anzjani jitilqu għal post sigur, waqt li l-irġiel jibqgħu fil-pajjiż biex jiddefendu it-territorju.
Oleg għadda mill-istess esperjenza. Fi kliemu stess, “fi ftit jiem oħra jien u marti se nagħlqu erba’ snin miżżewġin. F’dan iż-żmien kollu kien hemm biss lejl wieħed li ma konniex flimkien. Dan kien il-lejl meta marti Julia daħlet l-isptar biex twelled. Issa imma se jkollna ninfirdu. Jista’ jkun li dan se jsir għal ġimgħat u forsi anke xhur. Julia se tmur lejn pajjiż fl-Ewropa flimkien ma’ Myroslav u jien se nirritorna fi Kyiv”, jgħid Oleg.