Wednesday, April 24, 2024

Se jsir għall-ewwel darba THE GOZO CLASSICAL VOICE Festival & Competition

Aqra wkoll

Il-Fundazzjoni Classique se tkun qed tippreżenta l-ewwel festival u kompetizzjoni tax-xorta tagħhom fil-gżejjer Maltin – THE GOZO CLASSICAL VOICE Festival & Competition. Dan se jsir nhar is-Sibt, 15 ta’ April 2023 fis-7.30 ta’ filgħaxija fis-Sala tal-Esibizzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex, Victoria.

L-applikazzjonijiet kienu miftuħa għal-studenti tal-vuċi u kantanti liriċi ta’ etajiet bejn is-16 u t33 sena. Dawn ġew imqassma fi 3 kategoriji: Kategorija A (Età 16 to 20); Kategorija B (Età 21 to 25); Kategorija Ċ (Età 26 to 33).

Wara l-ewwel fażi fejn dawk li applikaw bagħtu żewġ recordings, panel ta’ esperti għażlu 14-il kantant (2 minn Għawdex, 10 minn Malta, 1 mill-Ġermanja u 1 mis-Serbia) sabiex jikkompetu fl-aħħar serata. Ir-rebbieħa ta’ kull kategoriji ser jirbħu parteċipazzjoni attiva fil-masterclass tassopran ta’ fama mondjali Barbara Frittoli li ġiet mistiedna mill-Fundazzjoni sabiex tkun ukoll il-President tal-ġurija. Din il-masterclass ser issir nhar il-Ħadd 16 ta’ April 2023 f’Għawdex.

Id-direttur artistiku ta’ dan il-festival hu Mro. Joseph Debrincat.
Entratura għas-serata tal-15 ta’ April hi mingħajr ħlas.

THE GOZO CLASSICAL VOICE Festival & Competition huwa imtella’ bis-sapport tadDirettorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdew, il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria u Nivea-Malta.

Sport