Sunday, November 24, 2024

Se jsiru avvenimenti pilota b’attendenza akbar lejn l-aħħar ta’ Settembru

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min jattendi se jiġi mitlub jagħmel PCR test ftit tal-jiem wara

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera semma kif ftit tal-ġimgħat ilu tħabbret l-iskema ta’ €2 miljun intiża biex jingħata sostenn għat-twettieq ta’ attivitajiet kulturali mibnija fuq żewġ pilastri ewlenin marbuta mas-sostenn loġistiku kif ukoll biex ngħinu l-introjtu sostennibli.

Qal li kien hemm diversi attivitajiet kummerċjali li bbenefikaw minn din l-iskema, u ġie deċiż li tibqa’ tkun sostnuta sal-aħħar ta’ din is-sena. Kien hawn fejn ħabbar li aktar minn 20 attivitajiet ta’ din ix-xorta saru, u li ma kienx għal dan is-sostenn dirett ma setgħux ikunu vijabbli. 

Dwar l-avvenimenti pilota, il-Ministru Herrera spjega li n-numru ta’ persuni li se jkunu jistgħu jattendu għalihom huwa ta’ 300 ruħ. Qal li dawn jistgħu jkunu bilwieqfa u huwa importanti li jkunu mlaqqma.

Qal li dawk li se jattendu għal dawn l-attivitajiet speċifiċi se jaċċettaw li jsirilhom swab test ftit żmien wara l-avveniment. “L-intenzjoni ewlenija hi li dawn l-attivitajiet iservu bħala pjattaforma sabiex fi żmien opportun ikollna studji xjentifiċi li jsostnu deċiżjonijiet li jridu jittieħdu f’dan ir-rigward.”

AQRA WKOLL

“Pajjiżi oħra qed jitħabtu… aħna se nkomplu nnaqqsu r-restrizzjonijiet”


Sport