“Se naħdem biex nerġa’ nikseb il-fiduċja tagħkom” – Il-Ministru Agius Galea lill-komunità artistika

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali Malcolm Paul Agius Galea rrikonoxxa li kien hemm aspetti fid-diskors tiegħu li seta’ esprima aħjar, filwaqt li ħa r-responsabbiltà għar-reazzjonijiet li qanqal kliemu fost il-komunità artistika.

F’messaġġ wara laqgħa mal-President tal-Malta Entertainment Industry and Arts Association (MEIA), il-Ministru ċċara li qatt ma kienet l-intenzjoni tiegħu li jissuġġerixxi limitazzjonijiet fuq il-kreattività jew il-libertà tal-espressjoni artistika.

“Irridu nħallu lill-artisti joħolmu, joħolqu u jesprimu ruħhom liberament,” sostna l-Ministru.

Huwa ħabbar ukoll li tfassal pjan ta’ ħidma li jinkludi laqgħat individwali mal-artisti, żjarat fl-ispazji fejn jaħdmu u diskussjonijiet dwar l-isfidi u l-aspirazzjonijiet tagħhom.

“Il-bieb tiegħi dejjem kien u se jibqa’ miftuħ għall-artisti. Iżda mhux se nistenna li jiġu għandi. Se mmur jien għandhom,” tenna Agius Galea.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport