Monday, December 23, 2024

“Se naħdmu fl-aħjar interess ta’ kulħadd filwaqt li nżommu lill-Gvern kontabbli”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fid-diskors tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-Oppożizzjoni tixtieq li din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, illum bl-akbar ammont ta’ Deputati li qatt kellha, tkun tassew tirrifletti li dak li jeħtieġlu u jixraqlu l-poplu. Qal li se jaħdmu fl-aħjar interess ta’ kulħadd fl-istess filwaqt li se jżommu lill-Gvern kontabbli, se jikkritikaw fejn hemm bżonn u se jkunu qegħdin jaqblu fuq liġijiet u jipproponu kif jistgħu jitjiebu l-liġijiet biex iħallu dejjem l-aħjar impatt pożittiv fin-nies. 

“Se nressqu liġijiet għax dan hu mod ieħor kif bħala Opppożizzjoni se nkunu qed inwettqu dmirna skont il-kostituzzjoni.  Se nkomplu wkoll noffru l-id tal-koperazzjoni biex verament naraw li dan il-pajjiż nagħtuh l-aħjar soluzzjonijet li għandu bżonn,” qal Dr Grech li żied isemmi kif mill-11-il ħatra li saru f’dawn l-aħħar sena u nofs, huwa qabel fuq tmien ismijiet li ppropona l-Prim Ministru. 

Qal li hi x-xewqa tal-Oppożizzjoni li din il-Kamra tara qabża ‘l quddiem u għalhekk ressqet numru ta’ proposti li jixtiequ jiġu implimentati. Qal li jridu jaraw aktar spazju biex jiġu diskussi private members’ bills filwaqt li għandha tiddaħħal malajr kemm jista’ jkun seduta fil-ġimgħa li fiha l-Prim Ministru jkun jista’ jwieġeb mistoqsijiet direttament hu. 

Qal li anke fejn jidħlu l-mistoqsijiet parlamentari, għandu jkun żgurat li l-Ministri jwieġbu l-mistoqsijiet tagħhom kif mitlub. Qal ukoll li l-Oppożizzjoni temmen li għandu jitwaqqaf Kumitat Parlamentari għall-Ġustizzja b’chair mill-Oppożizzjoni u jkollu l-maġġoranza tal-Gvern, li xogħlu jkun dak li jagħmel skrutinju kontinwu tas-sistema tal-ġustizzja f’pajjiżna. 

Ekonomija

Sport