Saturday, April 27, 2024

“Se nibqa’ nesponi u nippubblika dak kollu li ma jixtiqux li l-poplu Malti jsir jaf” – Neville Gafa’

Aqra wkoll

L-ex impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Neville Gafa’ għamel referenza għal artiklu li ġie ippublikat fuq il-ġurnal Taljana Avvenire.it ta’ nhar is-Sibt 25 ta’ April 2020 intitolat “Migrazioni. Malta chiede all’Ue di riconoscere la Libia come porto sicuro.”

Gafa’ kompla jgħid li dan huwa ġurnal meqjus viċin tal-Vatikan.

Fil-kitba fuq il-profil tiegħu huwa żied jostni li jidher ċar li l-artikli tiegħu ta’ dawn l-aħħar jiem xejn ma niżlu tajjeb ma’ xi siti tal-aħbarijiet li huma magħrufa għall-appoġġ tagħhom lejn NGOs relatati mal-immigrazzjoni irregolari.

Skont Gafa’, fl-artiklu miktub mill-ġurnalista Nello Scavo, kontributur għal ġurnal Avvenire sa minn l-2001, dan il-ġurnal għoġbu jirribatti dak li kiteb hu billi “b’mod l-aktar malinn u maħmuġ, jimplikani fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia”.

Kompla biex jgħid li fl-istess artiklu jidher ċar ukoll li xejn ma huma kuntenti bil-ħidma li wettaq fis-snin li għaddew sabiex jassigura li f’Malta ma jidħlux immigranti irregolari. Qal li dan billi kien jikxef rotot li l-immigranti jkunu qegħdin jużaw sabiex jaħarbu mil-Libja u jbaħħru lejn Malta, b’konsegwenza li jispiċċaw f’Malta.

Qal ukoll li bħalma stqarr ftit ġimgħat ilu waqt xhieda fil-Qorti, bejn Lulju 2018 u Jannar 2020, il-perjodu li fih kien jikkordina dawn l-operazzjonijiet, in-numru ta’ immigranti irregolari li kienu se jidħlu f’pajjiżna kien se jkun wieħed fenomenali.

Gafa’ allega li jidher ċar ukoll li f’pajjiżna hawn minn qed jappoġġja lil dawn l-NGOs u saħansitra jiggwidahom kif għandhom jattakkawh biex “mingħalihom issikktuni”.

Huwa temm jikteb li filwaqt li jirriserva d-dritt li jipproċedi kontrihom skont il-liġi, min-naħa l-oħra se jibqa’ jesponi u jippubblika dak kollu li ma jixtiqux li l-poplu Malti jsir jaf.

Sport