Sunday, December 22, 2024

“Se nieħu pjaċir inkisser kull waħda minn dawn l-akkużi”

- Dr Joseph Muscat

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Dr Joseph Muscat, wara li aktar kmieni llum ħarġu fil-midja biex se jkun qiegħed jiġi akkużat fil-Qorti Kriminali, fuq post fuq il-midja soċjali kiteb li “se nieħu pjaċir inkisser kull waħda minn dawn l-akkużi”.

Dr Muscat kiteb li “kieku ma kienux daqshekk gravi, il-qari tal-akkużi fil-konfront tiegħi kienu jkunu tad-daħk. Mingħajr ma semgħuni, l-awtoritajiet iddeċidew li jakkużawni u jtebbawni b’korruzzjoni, ħasil ta’ flus, li waqqaft organizazzjoni kriminali u li saħansitra ħadt €30 miljun. Sett ta’ invenzjonijiet li ma jitwemmnux ħlief minn min ivvintahom, bħal Egrant.”

Sostna li se juri kif dawn l-akkużi huma mibnija biss fuq fantasija iżda wkoll fuq gideb.

“Illum hemm min qed ikanta vittorja għaliex tħalla jintefa tajn f’kawża li se ddum is-snin. Iżda min jidħak l-aħħar jidħak l-aħjar. U dakinhar l-effett se jkun ħafna akbar minn tal-lum,” temm jikteb Joseph Muscat.

Ekonomija

Sport