Wednesday, October 9, 2024

“Se nimmissjaw it-tbissima tiegħek”… Bosta maħsudin bil-mewt ta’ Steven Sargent

Aqra wkoll

Steven Sargent huwa r-raġel ta’ 42 sena mill-Gudja li aktar kmieni dalgħodu tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja.

Huwa tilef ħajtu f’ħabta bil-mutur ma’ vann tal-għamla Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 62 sena mill-Qrendi.

B’reazzjoni għall-aħbar tal-mewt tiegħu, kollegi tiegħu qalu li jinsabu maħsudin b’din it-telfa traġika. Fost dawn kien hemm Jeanesse Abela li stqarret li tinsab bla kliem quddiem din l-aħbar u fakkritu bħala bniedem simpatiku u ħabbrieki fuq il-post tax-xogħol u li bit-tbissima tiegħu kien jixgħel il-post.

Aqra wkoll:

Sport