Friday, November 15, 2024

“Se nospitaw il-Eurovision aħna imma jibqa’ ċ-ċelebrazzjoni tal-kultura, l-istorja u l-mużika Ukrena”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-artist Sam Ryder f’reazzjoni għall-aħbar tad-deċiżjoni tal-EBU li fl-aħħar sigħat iddeċidiet li l-Eurovision tas-sena li ġejja jsir fir-Renju Unit qal li bħala pajjiż se jiffukaw li jservu biex tirrenja l-għaqda.

Ryder qal li minkejja li ħafna jinsabu b’qalbhom maqsuma li l-Ukreni ma jistgħux jiċċelebraw ir-rebħa tagħhom f’pajjiżhom, ir-Renju Unit se jkun qiegħed jagħmel minn kollox biex tkun iċċelebrata l-kultura, il-mużika u l-istorja tal-Ukrajna.

Ryder qal li jista’ jimmaġina kemm Kalush u d-delegazzjoni xtaqu li jiċċelebraw din il-festa ta’ mużika f’darhom, iżda minħabba l-invażjoni f’pajjiżhom dan mhux possibbli u b’hekk il-bqija tal-pajjiżi għandhom juru solidarjetà biex il-Eurovision jibqa’ ċelebrazzjoni ta’ għaqda.

Ekonomija

Sport