Sunday, December 29, 2024

“Se nsalvaw bejn ħames u għaxar ħajjiet fis-sena permezz ta’ screening għall-aneurysm”

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne

Aqra wkoll

Bis-saħħa ta’ screening ġdid għall-aneurysm se jkunu qed isalvaw bejn ħames u għaxar ħajjiet fis-sena. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tnieda servizz ġdid ta’ screening għall-aneurysm fil-Berġa tal-Ħamrun.

Fearne spjega li l-aneurysm ġeneralment ma jkollhiex sintomi sakemm tinfaqa’, u li tlieta minn kull erba’ persuni ta’ ruptured aneurysm, imutu. Il-mortalità ta’ persuna li ssirilha operazzjoni meta tkun għadha ma nqafgħetx hija pjuttost pożittiva — għaxar darbiet inqas milli meta tkun infaqgħet (minn 50% meta tinfaqa’ għal 5% għal meta tkun għadha ma nfaqgħetx).

L-aneurysm hija komuni l-iżjed fost l-irġiel. Għaldaqstant, fil-jiem li ġejjin, irġiel ta’ ‘l fuq minn 65 se jibdew jirċievu appuntament għal ultrasound bħala miżura ta’ prekawzjoni, sabiex f’każ li jinstab li l-individwu għandu l-aneurysm, din tkun tista’ tiġi trattata. Il-Ministru għas-Saħħa kompla jgħid li fost il-persuni li se jagħmlu dan l-ultrasound, huwa mistenni li madwar 2% biss se jsibu li għandhom l-aneurysm.

Il-Ministru għas-Saħħa spjega li dan is-servizz ta’ screening se jkun qed jiġi estiż f’diversi ċentri f’Malta u Għawdex.

Ekonomija

Sport