Tuesday, December 24, 2024

Se tissaħħaħ is-sigurtà diġitali tal-e-ID permezz tat-two-factor authentication

Aqra wkoll

Mix-xahar ta’ Jannar 2023, se tkompli tissaħħaħ l-identità elettronika (eID). Dan għaliex se jkunu pproteġuti l-identità tad-detenturi kollha li għandhom kont tal-eID. Ser tiġi implimentata two-factor authentication (2FA) sabiex tiżdied is-sigurtà li tiżgura li l-persuna li qed tipprova taċċess l-kont online hija verament dik il-persuna.

It-2FA se tiġi implimentata f’diversi fażijiet u skont l-età. L-ewwel fażi se tkun għall-individwi bejn l-14 u s-16 -il sena. Id-detenturi tal-kont tal-eID se jkunu qegħdin jiġu notifikati meta se jkun imisshom li jattivaw it-2FA u sa meta t-2FA trid tkun attivatati.

Id-detenturi tal-kont tal-eID għandhom jidħlu fuq eid.gov.mt sabiex dan jiġi attivat. L-ewwel iridu jawtentikaw l-imejl tagħhom billi jdaħħlu l-kodiċi ta’ verifika li jintbagħat fl-indirizz tal-email tagħhom. Wara li jiġi attivat, se jingħataw l-għażla kif għandhom jirċievu l-kodiċi ta’ verifika meta jidħlu fil-kont tal-eID, jew permezz tal-email, SMS, jew l-App Authenticator. L-Aġenzija Identità Malta se tkun qed tinforma wkoll lill-pubbliku, permezz tal-mezzi tal-media soċjali tagħha u oħrajn, billi tipprovdi linji gwida dwar kif persuna għandha tattiva t-2FA.

Dan kollu tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet. Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi, u l-Ugwaljanza Byron Camilleri qal li sistema bħal din hija  din is-bżonnjuża sabiex tipproteġi l-informazzjoni ta’ kull individwu li jagħmel użu mill-eID.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Identità Malta, il-Kurunell Mark Mallia spjega li din il-proċedura tnaqqas b’mod sinifikanti s-serq tal-identità u forom oħra ta’ frodi online.

Ekonomija

Sport