Sunday, December 22, 2024

Se tiżdied it-tax rebate għal attivitajiet sportivi, artistiċi u kulturali

Aqra wkoll

“Nikkonferma li wasalna fi stadju avvanzat ħafna sabiex inħabbru ż-żieda fir-rifużjoni tat-taxxa għal familji li jibagħtu lit-tfal għal attivitajiet extra-kurrikulari marbuta mal-isport, l-arti jew kultura. Fil-ġimgħat li ġejjin, se nħabbru kif se nżidu t-tax rebate minn €100 għal €300 fuq kull wild.”

Ħabbar dan il-Ministru għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Laburista Omar Farrugia. 

Il-Ministru Grima qal li din il-miżura, li kienet ukoll imwiegħda fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, hija prova oħra ta’ kemm dan il-Gvern jemmen f’aspetti li jħarsu lejn edukazzjoni sħiħa.

“Turija wkoll ta’ kemm nemmnu li dawn l-aspetti jsawru lit-tfal tagħha f’adulti li għada pitgħada jridu jsibu posthom fis-soċjetà. Kemm nemmnu fuq kollox li rridu nagħtu inċentivi lill-familji biex jersqu ‘l quddiem u jesponu t-tfal tagħhom għal dawn l-aspetti tant importanti fl-iżvilupp tal-istess tfal tagħhom,” tenna l-Ministru Grima.

Ekonomija

Sport