Friday, October 23, 2026
Home Sport Seba’ players sospiżi wara d-disa’ ġurnata tal-Malta Premier League

Seba’ players sospiżi wara d-disa’ ġurnata tal-Malta Premier League

0
70

Seba’ players ġew sospiżi għal partita waħda mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-Malta FA wara d-disa’ ġurnata tal-VBET Malta Premier.

Dawn huma Nikola Ignjatovic (Balzan), Frazan (Birkirkara), Joao Teixeira (Gżira United), Foguete u Kurt Zammit (Mosta), kif ukoll Joao Mafra u Strahinja Jovancic (Żabbar St Patrick). Għaldaqstant, dawn il-players se jkunu neqsin mill-impenji tat-timijiet rispettivi tagħhom fi tmiem din il-ġimgħa.

Sadanittant, ġew sospiżi wkoll għal partita waħda tliet uffiċjali tal-clubs: Dennis Apap ta’ Balzan, Gordon Spiteri ta’ Birkirkara u Clayton Failla ta’ Gżira United.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here