Sunday, December 22, 2024

Seba’ plejers oħra jiksbu post fit-tim nazzjonali Malti tal-Blackball

Aqra wkoll

Il-Malta Blackball Federation organizzat it-tielet tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Mondjali 2024 li se jsiru f’Malta f’Novembru li ġej. Wara li ntlagħbu l-logħbiet finali ta’ kull kategorija, ħarġu seba’ plejers oħra li kisbu post għal mat-tim nazzjonali Malti.

Fil-finali tal-irġiel, Leon Azzopardi għeleb lil Lydan Debono 10-8 f’logħba ferm eċitanti u inċerta sal-aħħar.

Mill-banda l-oħra, fil-finali tas-seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena, Clint Grima issupera l-isfida ta’ Chris Galea tant li rebaħlu 10-7. Fil-kategorija Masters ta’ ‘l fuq minn 50 sena, Antoine Aquilina għeleb l-isfida iebsa li tah Chris Mills u rebaħlu 9-7.

F’logħba oħra interessanti John Lombardo rebaħ il-finali tal-Grandmasters 60+ wara li għeleb lil Joe Camilleri 8-6.

Fil-kategorija taż-żgħażagħ, Steven Muscat rebaħ il-finali tal-Juniors wara skor ta’ 9-6 kontra Nick Muscat filwaqt li Daniel Vella għeleb faċilment lil Owen Cassar 9-1 fil-finali ta’ taħt it-23 sena.

Finalment Ana Thomas kisbet post fit-tim nazzjonali Malti tan-nisa wara skor pożittiv ta’ 8-4 kontra Lorna Micallef.

Ekonomija

Sport