Wednesday, July 17, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ Kevin Campell

Aqra wkoll

L-eks attakkant ta’ Arsenal u Everton Kevin Campbell miet fl-età ta’ 54 sena wara marda qasira.

Fil-karriera tiegħu, Campbell skorja 148 goals f’542 partita matul perjodi ma’ tmien clubs differenti.

Huwa rebaħ erba’ trofej ewlenin ma’ Arsenal qabel kompla jilgħab ma’ Leyton Orient, Leicester, Nottingham Forest, Trabzonspor, Everton, West Brom u Cardiff.

Campbell għamel l-aħħar dehra tiegħu bħala player fi Frar 2007 qabel ma daħal fix-xandir bħala opinjonista. 

Aktar kmieni dan ix-xahar, Everton ħabbru  li marad f’Mejju u kien “ma jiflaħx ħafna” l-isptar.

Fi stqarrija, Arsenal qalu: “Aħna ninsabu mnikkta bl-aħbar tal-mewt tal-eks attakkant tagħna Kevin Campbell wara marda qasira.”

Ekonomija

Sport