Sunday, December 22, 2024

Seba’ snin ħabs għal Sudaniż wara li kisser statwi fil-Laboratorju tal-Paċi

Aqra wkoll

Sudaniż ta’ 36 sena residenti c-China House, Birżebbuġa, intbagħat seba’ snin ħabs wara li nstab ħati li kisser żewġ statwi fil-Laboratorju tal-Paċi.

Il-każ seħħ nhar it-12 ta’ Mejju 2020, għall-ħabta tal-4.00 p.m., waqt li Patri Dijonisju Mintoff kien qiegħed iqaddes fil-Knisja. 

Patri Mintoff kien sema’ ħsejjes kbar u xi ħadd jgħajjat biex joħroġ. Huwa kien ra xi ħadd kiteb ħafna kliem bl-Għarbi u nnota li kienet ġiet miksura statwa ta’ San Mikiel waqt li ħdejn l-istatwa ta’ San Franġisk kien hemm lupu u nagħġa mkissra.

Fil-Qorti ħareġ li dawn l-istatwi kienu ġew imkissra b’ġebla mill-imputat, Musaqad Hajeji, u kien hemm xi residenti tal-Laboratorju tal-Paċi li ħarġu biex iżommuh sakemm ġew il-pulizija.

Sadanittant, fl-istqarrija tiegħu lill-pulizija, Hajeji kien ammetta li kien kiteb xi kliem u anke kisser xi statwi fil-Laboratorju tal-Paċi. Dan kien ikkonfermat ukoll minn diversi xhieda li rawh iwettaq dan ir-reat. 

Il-Qorti sabitu ħati li għamel ħsara fi proprjetà ta’ ħaddieħor, li qered proprjetà kulturali kif ukoll li sar reċediv u kien ikkundanat piena ta’ seba’ snin priġunerija li minnhom għandu jitnaqqas il-perjodiu li kien għamel taħt arrest preventiv.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Trevor Micallef. 

Ekonomija

Sport