Tuesday, May 14, 2024

Sejħa urġenti għad-demm tat-tip O positive u A positive

Aqra wkoll

Mill-bieraħ filgħaxija, il-faċċati tal-Palazz ta’ Sant’Anton u tal-Palazz tal-Verdala ġew mixgħula b’lewn aħmar b’ġest ta’ rikonoxximent lill-eluf ta’ donaturi tad-demm, u sabiex jitkattar l-għarfien dwar il-bżonn kontinwu tad-donazzjonijiet tad-demm. 

Din l-inizjattiva taħt il-patroċinju tal-President u l-Uffiċċju tiegħu, uffiċjalment tat bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm li l-qofol tagħhom ser jintlaħaq nhar it-Tlieta 14 ta’ Ġunju li ġej. 

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, filwaqt li jirringrazzja lill-President u lill-Uffiċċju tiegħu, iħeġġeġ entitajiiet governattivi, kunsilli lokali, entitajiet ekkleżjastiċi, kif ukoll privati, biex huma wkoll jipparteċipaw f’din l-inizjattiva sabiex kemm jista’ jkun id-donaturi tad-demm iħossuhom apprezzati u jkomplu jagħtu s-sapport tagħhom għall-ġid tal-umanità.

Intant, waqt li r-riserva tad-demm tat-tipi O positive u A positive hi pjuttost baxxa, is-Servizz jappella għal ħafna iktar għotjiet tad-demm. Dawk li jixtiequ jagħtu d-demm, jistgħu jżuru wieħed minn dawn il-postijiet:

  • Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (sebat ijiem fil-ġimgħa, inkluż il-Ħdud u l-festi pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. 
  • Il-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 5 ta’ Ġunju ser ikun fil-wesgħa ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Qawra. Dakinhar il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm.
  • Il-Berġa tax-Xewkija li nhar il-Ħadd 5 ta’ Ġunju ser tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.
  • Il-Mobile Blood Donation Unit li nhar it-Tlieta 7 ta’ Ġunju (festa pubblika), ser ikun quddiem iċ-Ċentru Ċiviku, fil-Pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi. Dakinhar il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm.

Huwa importanti li:

  • Dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan, inkella passaport Malti.

Sport