Sena ħabs sospiża wara li nqabad ibigħ oġġetti tad-ditta foloz fil-Qawra

Aqra wkoll

Raġel li għandu karta tal-identità Taljana, iżda f’Malta hu residenti f’Buġibba ammetta quddiem il-Qorti li kien qiegħed jbiegħ prodotti foloz  u wettaq attività kummerċjali mingħajr liċenzja fuq il-Promenade fi Triq id-Dawret il-Qawra.

Ir-raġel li għandu 61 sena ġie akkużat li uża ditti ffalsifikati mingħajr il-kunsens tas-sidien tagħhom u li biegħ jew żamm għall-bejgħ merkanzija b’marki li setgħu jqarrqu bil-konsumatur.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima, sabitu ħati fuq ammissjoni tiegħu stess u kkundannatu sena ħabs sospiża għal erba’ snin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport