Wednesday, September 9, 2026
Home Sport Waterpolo: I Diviżjoni S/F (1): Birżebbuġa fil-finali b’rebħa kbira fuq Ta’ Xbiex

Waterpolo: I Diviżjoni S/F (1): Birżebbuġa fil-finali b’rebħa kbira fuq Ta’ Xbiex

0
145
ritratt: Mark Mangion

Birżebbuġa…….. 25

Ta’ Xbiex…………. 8

(8-3, 5-0, 6-3, 6-2)

Birżebbuġa kisbu post fil-finali meta rreġistraw rebħa kbira fejn  ftit li xejn taw ċans lil Ta’ Xbiex jidħlu fil-logħba meta sal-mistrieħ kellhom vantaġġ ta’ 13-il goals.

Birżebbuġa kellhom il-vantaġġ ta’ logħba minħabba li kellhom klassifikazzjoni aħjar minn dik ta’ Ta’ Xbiex. Li kieku dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa kieku kien jinħtieġ li tintlagħab logħba oħra.

Għal Birżebbiġa skorjaw Jake Ciantar 6, Max Aquilina 4, Rhys Bugelli 3, Marko Radulovic 3, Nicholas Bugelli 2, Miguel Cassar 2, Dwayne Farrugia 2, Malcolm Manara 1, Andre Aquilina 1 u Luca Axisa 1.

Il-goals ta’ Ta’ Xbiex ġew minn Shailon Cutajar 3, Vito Figliomeni 2, Julian Farrugia 1, Gabriel Bonavia 1 u Roko Pelicari 1.

Referees: Max Gerasimov, Alex DeRaffaele.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here