Marsaxlokk……… 23
Marsaskala……… 15
(6-3, 7-3, 5-5, 5-4)
Marsaxlokk warrbu għal kollox l-isfida ta’ Marsaskala meta sal-mistrieħ il-logħba kienet diġá mirbuħa u mitlufa, bl-Iskalin jirreżistu fit-tieni nofs iżda dan ma kienx biżżejjed.
Għax-Xlukkajri skorjaw Jamie Borg Tabone 6, Nikola Bogdanovic 5, Sean Mifsud 3, Benji Lewis 3, Enrico Mallia 3, Zak Schranz 1, Kynan Dowling 1 u Benji Schranz 1 waqt li tal-Iskalin ġew minn Dimitrios Dimou 5, Philip Tabone 4, Kieran Grech 2, Jamie Pace Mizzi 1, Jake Simpson 1, CJ Saliba 1 u Nick Rizzo 1.
Referees: Massimo Angileri, Daniele Bianco.




